21.5.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 152/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-24 ta’ Marzu 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja
(Kawża C-365/10) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Kontroll tat-tniġġis - Valuri limitu għall-konċentrazzjnijiet ta’ PM10 fl-arja ċirkostanti)
2011/C 152/15
Lingwa tal-kawża: is-Sloven
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: D. Kukovec, aġent)
Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja (rappreżentant: N. Pintar Gosenca, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/30/KE, tat-22 ta’ April 1999, dwar il-valuri ta’ limitu tad-dijossidu tal-kubrit, tad-dijossidu tan-nitroġenu u l-ossidi tan-nitroġenu, materji f’partiċelli u ċomb fl-arja ambjentali [arja ċirkostanti] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 164) u tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Mejju 2008, dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent [arja ċirkostanti] u arja iktar nadifa għall-Ewropa (ĠU L 152, p. 1) — Nuqqas milli jadotta l-miżuri neċessarji sabiex il-konċentrazzjonijiet ta’ PM10 fl-arja ċirkostanti ma jaqbżux il-valuri limitu stabbiliti.
Dispożittiv
(1)
Billi qabżet, għas-snin 2005 sa 2007, il-valuri limitu applikabbli għall-konċentrazzjonijiet annwali u ta’ kuljum ta’ PM10 fl-arja ċirkostanti, ir-Repubblika tas-Slovenja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/30/KE, tat-22 ta’ April 1999, dwar il-valuri ta’ limitu tad-dijossidu tal-kubrit, tad-dijossidu tan-nitroġenu u l-ossidi tan-nitroġenu, materji f’partiċelli u ċomb fl-arja ambjentali [arja ċirkostanti].
(2)
Ir-Repubblika tas-Slovenja hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 288, 23.10.2010.
Full & Egal Universal Law Academy