4.2.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tad-29 ta’ Novembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Gerechtshof te Amsterdam — l-Olanda) — National Grid Indus BV vs Inspecteur van de Belastingdienst Rijnmond/kantoor Rotterdam
(Kawża C-371/10) (1)
(Trasferiment tas-sede ta’ kumpannija lejn Stat Membru ieħor li ma huwiex dak li fih hija ġiet ikkostitwita - Libertà ta’ stabbiliment - Artikolu 49 TFUE - Taxxa fuq il-qligħ kapitali moħbi marbut mal-assi ta’ kumpannija li tipproċedi bi trasferiment ta’ sede bejn Stati Membri - L-iffissar tal-ammont tat-taxxa fil-mument tat-trasferiment tas-sede - Irkupru immedjat tat-taxxa - Proporzjonalità)
2012/C 32/14
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Gerechtshof te Amsterdam
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: National Grid Indus BV
Konvenuta: Inspecteur van de Belastingdienst Rijnmond/kantoor Rotterdam
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminair — Gerechtshof te Amsterdam — Interpretazzjoni tal-Artikolu 43 KE (li issa sar l-Artikolu 49 TFUE) — Dispożizzjonijiet fiskali nazzjonali li jistabbilixxu taxxa immedjata ta’ ħruġ għall-kumpanniji li jittrasferixxu s-sede tagħhom jew l-assi tagħhom lejn Stat Membru ieħor
Dispożittiv
(1)
Kumpannija kkostitwita skont id-dritt ta’ Stat Membru, li tittrasferixxi s-sede ta’ amministrazzjoni effettiva tagħha lejn Stat Membru ieħor, mingħajr ma dan it-trasfirment jaffettwa l-istatus tagħha bħala kumpannija ta’ dan l-ewwel Stat Membru, tista’ tuża l-Artikolu 49 TFUE sabiex tqiegħed inkwistjoni l-legalità ta’ taxxa imposta fuqha mill-ewwel Stat Membru fl-okkażjoni tal-imsemmi trasferiment ta’ sede.
(2)
L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li:
—
ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru, li abbażi tagħha l-ammont ta’ taxxa fuq il-qligħ kapitali moħbi marbut mal-elementi tal-patrimonju ta’ kumpannija huwa ffissat b’mod finali — mingħajr ma jiġu kkunsidrati la t-telf kapitali u lanqas il-qligħ kapitali li jistgħu jitweqqu sussegwentement — fil-mument li fih il-kumpannija, minħabba t-trasferiment tas-sede ta’ amministrazzjoni effettiva tagħha lejn Stat Membru ieħor, tieqaf tagħmel qligħ taxxabbli fl-ewwel Stat Membru: f’dan ir-rigward, ma huwiex importanti li l-qligħ kapitali moħbi intaxxat huwa marbut mal-profitti valutarji li ma setgħux jiġu ddikjarati fl-Istat Membru ospitanti minħabba s-sistema fiskali fis-seħħ fl-imsemmi Stat Membru;
—
jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru, li timponi l-irkupru immedjat tat-taxxa fuq il-qligħ kapitali moħbi marbut mal-elementi ta’ patrimonju ta’ kumpannija li tittrasferixxi s-sede ta’ amministrazzjoni effettiva tagħha lejn Stat Membru ieħor, fil-mument tal-imsemmi trasferiment.
(1) ĠU C 328, 4.12.2010
Full & Egal Universal Law Academy