31.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 98/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Frar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny — il-Polonja) — Pak-Holdco Sp zoo vs Dyrektor Izby Skarbowej w Poznaniu
(Kawża C-372/10) (1)
(Tassazzjoni - Taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital - Taxxa kapitali fuq il-kumpanniji b’kapital azzjonarju - Obbligu ta’ Stat Membru li jieħu inkunsiderazzjoni direttivi li ma kinux għadhom fis-seħħ fid-data tal-adeżjoni ta’ dan l-Istat - Esklużjoni mill-bażi taxxabbli tal-ammont tal-assi tal-kumpannija b’kapital azzjonarju li huma allokati għaż-żieda tal-kapital azzjonarju u li diġà ġew suġġetti għat-taxxa kapitali)
2012/C 98/08
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Naczelny Sąd Administracyjny
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Pak-Holdco Sp zoo
Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w Poznaniu
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Naczelny Sąd Administracyjny — Interpretazzjoni tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 5(3) u tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE, tas-17 ta’ Lulju 1969, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 11) kif ukoll tad-Direttivi tal-Kunsill 73/79/KEE, tad-9 ta’ April 1973, (ĠU L 103, p. 13) u 73/80/KEE, tad-9 ta’ April 1973, (ĠU L 103, 18.4.1973, p. 15) li jemendaw id-Direttiva 69/335/KEE — Dazju kapitali impost fuq il-kumpanniji kapitali — Obbligu ta’ Stat Membru li jiħu inkunsiderazzjoni direttivi li ma kinux għadhom fis-seħħ fid-data tal-adeżjoni ta’ dan l-Istat
Dispożittiv
(1)
Fil-każ ta’ Stat bħar-Repubblika tal-Polonja, li aderixxa mal-Unjoni fl-1 ta’ Mejju 2004, fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet derogatorji fl-Att ta’ Adeżjoni ta’ dan l-Istat mal-Unjoni Ewropea jew f’att ieħor tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE, tas-17 ta’ Lulju 1969, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 85/303/KEE, tal-10 ta’ Ġunju 1985, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni obbligatorja stabbilita f’din id-dispożizzjoni tapplika biss għall-operazzjonijiet li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva, kif emendata, li, fl-1 ta’ Lulju 1984, kienu eżenti, fl-imsemmi Stat, mit-taxxa kapitali jew li kienu suġġetti għal din it-taxxa b’rata mnaqqsa ta’ 0.50 % jew inqas.
(2)
L-ewwel inċiż tal-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 69/335, li jeskludi mill-bażi taxxabbli “l-ammont ta’ assi li jappartjenu għall-kumpannija kapitali (b’kapital azzjonarju) li huma allokati għaż-żieda fil-kapital (azzjonarju) u li diġà kienu suġġetti għad-dazju (taxxa) kapitali” għandu jiġi interpretat fis-sens li dan huwa applikabbli indipendentement mill-kwistjoni ta’ jekk dawn humiex beni tal-kumpannija li l-kapital azzjonarju tagħha ġie miżjud jew jekk dawn humiex beni, li ġejjin minn kumpannija oħra, li jżidu dan il-kapital.
(1) ĠU C 288, 23.10.2010
Full & Egal Universal Law Academy