21.5.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 152/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Marzu 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja
(Kawża C-375/10) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2007/36/KE - Eżerċizzju ta’ ċerti drittijiet tal-azzjonisti ta’ kumpanniji kkwotati - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)
2011/C 152/16
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Braun u E. Adsera Ribera, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tas-Spanja (rappreżentant: F. Díez Moreno, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2007/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Lulju 2007, dwar l-eżerċizzju ta’ ċerti drittijiet tal-azzjonisti ta’ kumpanniji kkwotati (ĠU L 184, p. 17)
Dispożittiv
(1)
Billi naqas milli jadotta, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2007/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Lulju 2007, dwar l-eżerċizzju ta’ ċerti drittijiet tal-azzjonisti ta’ kumpanniji kkwotati, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 15 tal-imsemmija direttiva.
(2)
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 274, 09.10.2010
Full & Egal Universal Law Academy