5.5.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 133/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-13 ta’ Marzu 2012 — Pye Phyo Tay Za vs Il-Kunsill tal-Unjoni Europea, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-376/10 P) (1)
(Appell - Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika tal-Unjoni tal-Mjanmar - Iffriżar ta’ fondi applikabbli lill-persuni, entitajiet u korpi - Bażi legali)
2012/C 133/10
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Pye Phyo Tay Za (rappreżentanti: D. Anderson QC, S. Kentridge QC, M. Lester, Barrister, G. Martin, Solicitor)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Europea (rappreżentanti: M. Bishop u E. Finnegan, aġent), Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: S. Hathaway, aġent, D. Beard, Barrister), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Boelaert u M. Konstantinidis, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ Mejju 2010, Tay Za vs Il-Kunsill (T-181/08) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors intiż għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 194/2008, tal-25 ta’ Frar 2008, li jġedded u jsaħħaħ il-miżuri restrittivi fir-rigward ta’ Burma/il-Mjanmar u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 817/2006 (ĠU L 66, p. 1), sa fejn l-isem tar-rikorrent jidher fil-lista tal-persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet
Dispożittiv
(1)
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tad-19 ta’ Mejju 2010, Tay Za vs Il-Kunsill (T-181/08), hija annullata.
(2)
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 194/2008, tal-25 ta’ Frar 2008, li jġedded u jsaħħaħ il-miżuri restrittivi fir-rigward ta’ Burma/il-Mjanmar u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 817/2006 huwa annullat, sa fejn jikkonċerna lil P. Tay Za.
(3)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż kemm tal-ewwel istanza kif ukoll dawk f’dan l-appell.
(4)
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom, kemm tal-ewwel istanza kif ukoll dawk f’dan l-appell.
(1) ĠU C 260, 25.09.2010.
Full & Egal Universal Law Academy