22.9.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 287/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Legfelsőbb Bíróság — l-Ungerija) — talba għal iskrizzjoni fir-reġistru tal-kumpanniji mressqa minn VALE Építési Kft
(Kawża C-378/10) (1)
(Artikoli 49 TFUE u 54 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment - Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività - Tibdil transkonfinali - Rifjut tal-iskrizzjoni fir-reġistru)
2012/C 287/04
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Legfelsőbb Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
VALE Építési Kft.
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Magyar Köztársaság Legfelsőbb Bírósága — Interpretazzjoni tal-Artikoli 43 KE u 48 KE — Ċaqliq ta’ kumpannija rregolata minn Stat Membru lejn Stat Membru ieħor b’tibdil tad-dritt nazzjonali applikabbli — Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tippermettix li tiġi indikata fir-reġistru nazzjonali tal-kumpanniji, inkwantu predeċessura fid-dritt ta’ kumpannija, kumpannija kkostitwita fi Stat Membru ieħor
Dispożittiv
(1)
L-Artikoli 49 TFUE u 54 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li, filwaqt li tipprevedi għal kumpanniji rregolati mid-dritt nazzjonali l-possibbiltà li jinbidlu, ma tippermettix, b’mod ġenerali, it-tibdil ta’ kumpannija rregolata mid-dritt ta’ Stat Membru ieħor f’kumpannija rregolata mid-dritt nazzjonali permezz tal-kostituzzjoni ta’ din tal-aħħar.
(2)
L-Artikoli 49 TFUE u 54 TFUE għandhom jiġu interpretati, fil-kuntest ta’ tibdil transkonfinali ta’ kumpannija, fis-sens li l-Istat Membru ospitanti għandu d-dritt jiddetermina d-dritt nazzjonali rilevanti għal tali operazzjoni u għaldaqstant japplika d-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali tiegħu dwar it-tibdil nazzjonali li jirregolaw il-kostituzzjoni u l-funzjonament ta’ kumpannija, bħar-rekwiżiti dwar il-preparazzjoni ta’ karta tal-bilanċ u ta’ inventarju tal-attiv. Madankollu, il-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività rispettivament jipprekludu, li l-Istat Membru ospitanti
—
jirrifjuta, għal tibdil transkonfinali, l-indikazzjoni tal-kumpannija li talbet it-tibdil bħala “predeċessura fid-dritt” jekk tali indikazzjoni tal-kumpannija predeċessura fir-reġistru tal-kumpanniji hija prevista għat-tibdil nazzjonali u
—
jirrifjuta li jieħu debitament inkunsiderazzjoni d-dokumenti maħruġa mill-awtoritajiet tal-Istat Membru ta’ oriġini waqt il-proċedura ta’ reġistrazzjoni tal-kumpannija.
(1) ĠU C 317, 20.11.2010.
Full & Egal Universal Law Academy