26.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 347/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Unabhängigen Verwaltungssenat Wien (l-Awstrija)) — Astrid Preissl KEG vs Landeshauptmann von Wien
(Kawża C-381/10) (1)
(Politika industrijali - Iġjene tal-prodotti tal-ikel - Regolament (KE) Nru 852/2004 - Installazzjoni ta’ friskaturi għall-ħasil tal-idejn fil-latrini ta’ stabbiliment li jikkummerċjalizza prodotti tal-ikel)
2011/C 347/05
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Unabhängiger Verwaltungssenat Wien
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Astrid Preissl KEG
Konvenut: Landeshauptmann von Wien
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Unabhängiger Verwaltungssenat Wien — Interpretazzjoni tal-punt 4 tal-Kapitolu I tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar l iġjene tal oġġetti tal-ikel (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 319) u b’mod partikolari tal-kelma Handwaschbecken (friskatur intiż għall-ħasil tal-idejn) inkluża fil-verżjoni Ġermaniża tal-imsemmija dispożizzjoni — Deċiżjoni amministrattiva ta’ Stat Membru li tordna l-installazzjoni ta’ friskatur mgħammar b’materjal għall-ħasil u għat-tnixxif tal-idejn b’mod iġjeniku fil-latrini ta’ kafè
Dispożittiv
Il-punt 4 tal-Kapitolu I tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewoprew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel, għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni ma timplikax li friskatur għall-ħasil tal-idejn fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni għandu jkun maħsub esklużivament għall-ħasil tal-idejn u lanqas li l-vit kif ukoll il-materjal għat-tnixxif tal-idejn għandhom ikunu jistgħu jintużaw mingħajr ma jkun meħtieġ li jintmissu bl-idejn.
(1) ĠU C 274, 09.10.2010.
Full & Egal Universal Law Academy