26.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 347/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Unabhängigen Verwaltungssenat Wien — (l-Awstrija)) — Erich Albrecht, Thomas Neumann, Van Ly Sundara, Alexander Svoboda u Stefan Toth vs Landeshauptmann von Wien
(Kawża C-382/10) (1)
(Politika industrijali - Iġjene tal-prodotti tal-ikel - Regolament (KE) Nru 852/2004 - Bejgħ self-service ta’ prodotti tal-ħobż u tal-ħelu)
2011/C 347/06
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Unabhängigen Verwaltungssenat Wien
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Erich Albrecht, Thomas Neumann, Van Ly Sundara, Alexander Svoboda, Stefan Toth
Konvenut: Landeshauptmann von Wien
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Unabhängiger Verwaltungssenat Wien — Interpretazzjoni tal-punt 3 tal-Kapitolu IX tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 319) — Protezzjoni tal-prodotti tal-ikel minn kontaminazzjoni — Bejgħ self-service ta’ ħobż u ta’ ħelu — Deċiżjoni amministrattiva ta’ Stat Membru li tordna l-installazzjoni ta’ mekkaniżmu tekniku li ma jħallix lill-klijenti jirritornaw il-prodotti wara li jkunu missewhom b’idejhom
Dispożittiv
Il-punt 3 tal-Kapitolu IX tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewoprew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel, għandu jiġi interpetat fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, fir-rigward ta’ xkafef maħsuba għall-bejgħ self-service ta’ prodotti tal-ħobż u tal-ħelu, il-fatt li xerrej potenzjali seta’ teoretikament miss b’idejh il-prodotti tal-ikel proposti għall-bejgħ jew għatas fuqhom ma huwiex biżżejjed, fih innifsu, sabiex jiġi kkonstatat li dawn il-prodotti tal-ikel ma kinux protetti minn kull kontaminazzjoni li tista’ tirrendihom mhux tajbin għall-konsum mill-bniedem, perikolużi għas-saħħa jew ikkontaminati b’mod li dawn il-prodotti ma jkunux jistgħu jibqgħu raġonevolment jitqiesu bħala li jistgħu jiġu kkunsmati f’dak l-istat.
(1) ĠU C 274, 09.10.2010.
Full & Egal Universal Law Academy