8.12.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 379/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-18 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato — l-Italja) — Elenca Srl vs Ministero dell’Interno
(Kawża C-385/10) (1)
(Moviment liberu tal-merkanzija - Restrizzjonijiet kwantitattivi u miżuri li għandhom effett ekwivalenti - Kisi intern taċ-ċmieni u kanali vertikali taċ-ċmieni - Assenza ta’ marka ta’ konformità KE - Kummerċjalizzazzjoni eskluża)
2012/C 379/04
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Elenca Srl
Konvenut: Ministero dell’Interno
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Consiglio di Stato — Interpretazzjoni tal-Artikoli 2, 4(2), 5 u 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar l-approssimazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-prodotti għall-bini (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 9, p. 296) — Prodotti mhux ikkunsidrati minn standards armonizzati kif previsti mid-direttiva — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-kummerċjalizzazzjoni tal-kisi intern taċ-ċmieni u l-pajpijiet tal-plastik li ma għandhomx il-marka C
Dispożittiv
(1)
Id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar l-approssimazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-prodotti għall-bini, kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ Settembru 2003, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tipprekludi dispożizzjonijiet nazzjonali li jissuġġettaw ex officio l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti għall-bini, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li joriġinaw minn Stat Membru ieħor, għat-twaħħil tal-marka KE.
(2)
L-Artikoli 34 TFUE sa 37 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjonijiet nazzjonali li jissuġġettaw ex officio l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti għall-bini, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li joriġinaw minn Stat Membru ieħor, għat-twaħħil tal-marka KE.
(1) ĠU C 274, 9.10.2010.
Full & Egal Universal Law Academy