4.2.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-8 ta’ Diċembru 2011 — Chalkor AE Epexergasias Metallon vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-386/10 P) (1)
(Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-pajpijiet tar-ram għall-plumbing - Multi - Daqs tas-suq, tul tal-ksur u kooperazzjoni li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni - Rimedju ġuridiku effettiv)
2012/C 32/15
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Chalkor AE Epexergasias Metallon (rappreżentant: I. Forrester QC)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Gippini Fournier u S. Noë, aġenti, B. Doherty, barrister)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ Mejju 2010, Chalkor vs Il-Kummissjoni (T-21/05), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali naqqset il-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/485/KE, tat-3 ta’ Settembru 2004, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/E-1/38.069 — Pajpijiet tar-ram għall-plumbing) (innotifikata bid-dokument numru C(2004) 2826), dwar sistema ta’ attribuzzjoni ta’ volumi ta’ produzzjoni u ta’ ishma tas-suq, kif ukoll l-iffissar ta’ għanijiet u ta’ żidiet fil-prezzijiet fis-suq Ewropew tal-pajpijiet tar-ram għall-plumbing
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Chalkor AE Epexergasias Metallon hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 288, 23.10.2010.
Full & Egal Universal Law Academy