19.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 340/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-29 ta’ Settembru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija
(Kawża C-387/10) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tikkonċerna l-fondi ta’ investiment u l-fondi ta’ investiment immobbiljari - Prova dwar id-dħul ikkunsidrat bħala mqassam - Prova fornita mill-intermedjarju ta’ rappreżentant fiskali - Stabbilimenti ta’ kreditu u fiduċjarji ekonomiċi “nazzjonali” li għandhom il-kwalità ta’ rappreżentant fiskali)
2011/C 340/06
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u W. Mölls, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentant: C. Pesendorfer, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 49 KE u tal-Artikolu 36 tal-Ftehim, tat-2 ta’ Mejju 1992, dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ĠU 1994, L 1, p. 3) — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tillimita r-rappreżentazzjoni fiskali ta’ fondi tal-investiment u ta’ fondi immobbiljari għat-trustees u l-istabbilimenti ta’ kreditu stabbiliti f’dan l-Istat
Dispożittiv
(1)
Billi adottat u żammet fis-seħħ dispożizzjonijiet li permezz tagħhom l-istabbilimenti ta’ kreditu nazzjonali u l-fiduċjarji ekonomiċi nazzjonali biss jistgħu jkunu maħtura bħala rappreżentanti fiskali ta’ fondi ta’ investiment jew fondi ta’ investiment immobbiljari, ir-Repubblika tal-Awstrija naqset mill-obbligi tagħha skont l-Artikolu 49 KE u l-Artikolu 36 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992.
(2)
Ir-Repubblika tal-Awstrija hija kkundannata tbati l-ispejjeż.
(1) ĠU C 328, 04.12.2010.
Full & Egal Universal Law Academy