4.2.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-8 ta’ Diċembru 2011 — KME Germany AG, li kienet KM Europa Metal AG, KME France SAS, li kienet Tréfimétaux SA, KME Italy SpA, li kienet Europa Metalli SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-389/10 P) (1)
(Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-pajpijiet tar-ram għall-plumbing - Multi - Daqs tas-suq, tul tal-ksur u kooperazzjoni li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni - Rimedju ġuridiku effettiv)
2012/C 32/16
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: KME Germany AG, li kienet KM Europa Metal AG, KME France SAS, li kienet Tréfimétaux SA, KME Italy SpA, li kienet Europa Metalli SpA (rappreżentanti: M. Siragusa, A. Winckler, G. Rizza, T. Graf, M. Piergiovanni, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Gippini Fournier u S. Noë, aġenti, C. Thomas, solicitor)
Suġġett
Appell ippreżentat mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ Mejju 2010, KME Germany et vs Il-Kummissjoni (T-25/05), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet talba intiża għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/485/KE, tat-3 ta’ Settembru 2004, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/E-1/38.069 — Pajpijiet tar-ram għall-plumbing) (innotifikata taħt in-Numru C(2004) 2826), dwar sistema ta’ allokazzjoni ta’ volumi ta’ produzzjoni u ta’ ishma tas-suq, kif ukoll tal-iffissar ta’ oġġettivi u ta’ żieda fil-prezzijiet fis-suq Ewropew tal-pajpijiet tar-ram għall-plumbing
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
KME Germany AG, KME France SAS u KME Italy SpA huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 274, 9.10.2010.
Full & Egal Universal Law Academy