10.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 73/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-19 ta’ Jannar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg — il-Ġermanja) — Suiker Unie GmbH — Zuckerfabrik Anklam vs Hauptzollamt Hamburg-Jonas
(Kawża C-392/10) (1)
(Regolament (KE) Nru 800/1999 - Artikolu 15(1) u (3) - Prodotti Agrikoli - Sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni - Rifużjoni differenzjata fuq l-esportazzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Importazzjoni tal-prodott fl-Istat terz ta’ destinazzjoni - Ħlas ta’ dazju fuq l-importazzjoni)
2012/C 73/05
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Suiker Unie GmbH — Zuckerfabrik Anklam
Konvenut: Hauptzollamt Hamburg-Jonas
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Hamburg — Interpretazzjoni tal-Artikolu 15(1) u (3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999, tal-15 ta’ April 1999, li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 25, p. 129) u tal-Artikolu 24 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307) — Prodott esportat minn Stat Membru lejn Stat terz għal proċessar sostanzjali taħt il-proċedura tal-ipproċessar tad-dħul mingħajr tnaqqis ta’ dazji fuq l-importazzjoni — Esportazzjoni ta’ prodott li jirriżulta minn dan l-ipproċessar lejn Stat terz ieħor — Kundizzjonijiet ta’ għoti tar-rifuzjoni differenzjata għall-esportazzjoni — Neċessità ta’ tqegħid tal-prodott f’ċirkolazzjoni libera fl-Istat terz ta’ destinazzjoni bi ħlas tad-dazji fuq l-importazzjoni?
Dispożittiv
L-Artikolu 15(1) u (3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999, tal-15 ta’ April 1999, li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 444/2003, tal-11 ta’ Marzu 2003, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kundizzjoni ta’ kisba ta’ rifużjoni differenzjata prevista minn din id-dispożizzjoni, jiġifieri, it-twettiq tal-formalitajiet doganali ta’ importazzjoni, ma hijiex sodisfatta meta, fil-pajjiż terz ta’ destinazzjoni, wara rilaxx taħt is-sistema ta’ pproċessar tad-dħul mingħajr ġbir tad-dazju fuq l-importazzjoni, il-prodott għadda minn “ipproċessar jew xogħol sostanzjali” fis-sens tal-Artikolu 24 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, u li l-prodott li jirriżulta minn dan l-ipproċessar jew xogħol ġie esportat f’pajjiż terz.
(1) ĠU C 288, 23.10.2010
Full & Egal Universal Law Academy