27.8.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju
(Kawża C-397/10) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 56 TFUE - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-attivitajiet tal-aġenziji ta’ xogħol temporanju għal numru ta’ obbligi - Ostakoli mhux iġġustifikati)
2011/C 252/08
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P Keppenne u I. Rogalski, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentant: M. Jacobs, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 56 TFUE — Restrizzjoni għal- libertà li jiġu pprovduti servizzi — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-attivitajiet tal-aġenziji ta’ xogħol temporanju stabbiliti fi Stati Membri oħra għal numru ta’ obbligi — Ostakoli mhux iġġustifikati.
Dispożittiv
(1)
Billi ssuġġetta lill-aġenziji ta’ xogħol temporanju li jipprovdu s-servizzi tagħhom fit-territorju tar-Reġjun ta’ Bruxelles-Capitale għall-obbligi li ġejjin:
—
ikollhom bħala għan statutorju esklużiv l-attività ta’ provvista ta’ ħaddiema u
—
jkollhom forma ġuridika partikolari,
ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 56 TFUE.
(2)
Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 301, 06.11.2010.
Full & Egal Universal Law Academy