8.10.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 298/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Lulju 2011 — Mediaset SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea, Sky Italia Srl
(Kawża C-403/10 P) (1)
(Appell - Sussidji mogħtija mir-Repubblika Taljana bi ħsieb li tippromwovi x-xiri ta’ dekoders diġitali - Nuqqas ta’ inklużjoni tad-dekoders li jippermettu r-riċezzjoni ta’ programmi televiżivi mxandra bis-satellita - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni)
2011/C 298/17
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Mediaset SpA (rappreżentanti: K. Adamantopoulos, dikigoros, G. Rossi, avukat, E. Petritsi, dikigoros)
Appellati: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Martenczuk u B. Stromsky, aġenti), Sky Italia Srl (rappreżentanti: F. González Díaz, avukat u F. Salerno, avukat)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2010, Mediaset vs Il-Kummissjoni (T-177/07), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors intiż għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 6634 finali, tal-24 ta’ Jannar 2007, li tiddikjara bħala inkompatibbli mas-suq komuni s-sussidji mogħtija mill-Italja, fl-2004 u fl-2005, intiżi sabiex il-konsumaturi jixtru jew jikru dekoders diġitali interattivi li jippermettu r-riċezzjoni ta’ programmi permezz tat-teknoloġija diġitali terrestri jew bil-kejbil, għaliex dawn jeskludu d-dekoders li jippermettu r-riċezzjoni ta’ programmi permezz tat-teknoloġija tax-xandir televiżiv bis-satellita (Għajnuna Nru C 52/2005, ex NN 88/2005, ex CP 101/2004)
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Mediaset SpA hija kkundannata kemm għall-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u minn Sky Italia Srl.
(1) ĠU C 301, 06.11.2010
Full & Egal Universal Law Academy