25.8.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 258/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Éditions Odile Jacob SAS, Lagardère SCA
(Kawża C-404/10 P) (1)
(Appell - Aċċess għal dokumenti tal-istituzzjonijiet - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti relatati ma’ proċedura ta’ kontroll ta’ konċentrazzjoni bejn impriżi - Regolamenti (KEE) Nru 4064/89 u (KE) Nru 139/2004 - Rifjut ta’ aċċess - Eċċezzjonijiet relatati mal-protezzjoni tal-għanijiet ta’ attivitajiet ta’ investigazzjoni, ta’ interessi kummerċjali, ta’ pariri legali u tal-proċess deċiżjonali tal-istituzzjonijiet - Obbligu tal-istituzzjoni kkonċernata li twettaq eżami konkret u individwali tal-kontenut tad-dokumenti msemmija fl-applikazzjoni għal aċċess)
2012/C 258/04
Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Smulders, O. Beynet u P. Costa de Oliveira, aġenti)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentant: M. Smolek u D. Hadroušek, aġenti), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: J. Gstalter, aġent)
Partijiet oħra fil-proċedura: Éditions Odile Jacob SAS (rappreżentanti: O. Fréget u L. Eskenazi, avukati) Lagardère SCA (rappreżentanti: A. Winckler, F. de Bure u J.-B. Pinçon, avukati)
Intervenjenti insostenn ta’ Éditions Odile Jacob SAS: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: S. Juul Jørgensen u C. Vang, aġenti), Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentant: K. Petkovska, aġent)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla), tad-9 ta’ Ġunju 2010, Éditions Jacob vs Il-Kummissjoni (T-237/05), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali annullat d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-7 ta’ April 2005 (D (2005)3286), sa fejn din tirrifjuta lir-rikorrenti l-aċċess għad-dokumenti relatati mal-proċedura ta’ kontroll ta’ konċentrazzjoni Nru COMP/M.2978: Lagardère/Natexis/VUP — Dokumenti relatati mal-proċeduri ta’ kontroll ta’ konċentrazzjonijiet — Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni — Obbligu tal-istituzzjoni kkonċernata li twettaq eżami konkret u individwali tal-kontenut tad-dokumenti msemmija fit-talba għal aċċess
Dispożittiv
(1)
Il-punti 2 sa 6 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tad-9 ta’ Ġunju 2010, Éditions Jacob vs Il-Kummissjoni (T-237/05), huma annullati.
(2)
L-appell inċidentali huwa miċħud.
(3)
Ir-rikors ippreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea u intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni D(2005) 3286, tas-7 ta’ April 2005, sa fejn din tal-aħħar tiċħad l-applikazzjoni ta’ Éditions Odile Jacob SAS intiża sabiex jinkiseb aċċess għal dokumenti relatati mal-proċedura ta’ kontroll ta’ konċentrazzjonijiet COMP/M.2978 — Lagardère/Natexis/VUP, huwa miċħud.
(4)
Éditions Odile Jacob SAS hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u minn Lagardère SCA, kemm fl-ewwel istanza kif ukoll f’dan l-appell.
(5)
Ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Franċiża u r-Renju tal-Isvezja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 274, 9.10.2010
Full & Egal Universal Law Academy