28.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/14
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Novembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Amtsgericht Bruchsal — Il-Ġermanja) — proċeduri kriminali kontra Özlem Garenfeld
(Kawża C-405/10) (1)
(Protezzjoni tal-ambjent - Regolamenti (KE) Nru 1013/2006 u 1418/2007 - Kontroll ta’ vjaġġi ta’ skart - Projbizzjoni ta’ esportazzjoni ta’ katalizzaturi lejn il-Libanu)
2012/C 25/22
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Bruchsal
Parti fil-proċedura kriminali prinċipali
Özlem Garenfeld
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Amtsgericht Bruchsal — Interpretazzjoni tal-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Ġunju 2006, dwar vjeġġi ta’ skart (ĠU L 190, p. 1) kif ukoll tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1418/2007, tad-29 ta’ Novembru 2007, li jikkonċerna l-esportazzjoni tal-irkupru ta’ ċerti tipi ta’ skart imniżżla fl-Anness III jew IIIA tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill lejn pajjiżi fejn id-Deċiżjoni tal-OECD dwar il-kontroll ta’ movimenti intrakonfinali tal-iskart ma tapplikax (ĠU L 316, p. 6) — Projbizzjoni ta’ esportazzjoni ta’ skart bil-kodiċi B1120 (katalizzaturi) lejn il-Libanu
Dispożittiv
Id-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikoli 36(1)(f) u 37 tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Ġunju 2006, dwar vjeġġi [vjaġġi] ta’ skart, u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1418/2007, tad-29 ta’ Novembru 2007, li jikkonċerna l-esportazzjoni tal-irkupru ta’ ċerti tipi ta’ skart imniżżla fl-Anness III jew III A tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill lejn pajjiżi fejn id-Deċiżjoni tal-OECD dwar il-kontroll ta’ movimenti intrakonfinali tal-iskart ma tapplikax fir-rigward tal-proċeduri li għandhom jiġu segwiti għal esportazzjoni ta’ skart lejn ċerti pajjiżi, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 740/2008, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-esportazzjoni bi tluq mill-Unjoni Ewropea lejn il-Libanu ta’ skart bil-għan li jiġi rkuprat u li jaqa’ taħt il-kodiċi B1120 li tinsab fil-lista B tal-parti 1 tal-Anness V tar-Regolament Nru 1013/2006 hija pprojbita.
(1) ĠU C 288, 23.10.2010
Full & Egal Universal Law Academy