28.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/15
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Novembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (Queen’s Bench Division) — ir-Renju Unit) — Deo Antoine Homawoo vs GMF Assurances SA
(Kawża C-412/10) (1)
(Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Liġi applikabbli għal obbligi mhux kuntrattwali - Regolament (KE) Nru 864/2007 - Kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis)
2012/C 25/23
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Justice (Queen’s Bench Division)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Deo Antoine Homawoo
Konvenuta: GMF Assurances SA
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — High Court of Justice (Queen’s Bench Division) (ir-Renju Unit) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 15(ċ), 31 u 32 tar-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Lulju 2007, dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (“Ruma II”) (ĠU L 199, p. 40) kif ukoll tal-Artikolu 297 TFUE — Kamp ta’ applikazzjoni rationae temporis — Portata tal-liġi li tapplika għal avvenimenti li jikkawżaw danni
Dispożittiv
L-Artikoli 31 u 32 tar-Regolament Nru 864/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Lulju 2007, dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (“Ruma II”) moqrija flimkien mal-Artikolu 297 TFUE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li qorti nazzjonali għandha tapplika dan ir-regolament unikament għal fatti, li jkunu kkawżaw danni, li seħħew mill-11 ta’ Jannar 2009, u li d-data tal-bidu tal-proċedura għall-kumpens kif ukoll dik dwar id-determinazzjoni tal-liġi applikabbli mill-qorti li quddiemha tkun tressqet il-kawża ma għandhomx rilevanza għall-finijiet tad-definizzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis ta’ dan ir-regolament.
(1) ĠU C 301, 06.11.2010.
Full & Egal Universal Law Academy