26.5.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 151/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-29 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État — Franza) — Véleclair SA vs Ministre du budget, des comptes publics et de la réforme de l’Etat
(Kawża C-414/10) (1)
(VAT - Sitt Direttiva - Artikolu 17(2)(b) - Intaxxar ta’ prodott importat minn pajjiż terz - Leġiżlazzjoni nazzjonali - Dritt għat-tnaqqis tal-VAT fuq l-importazzjoni - Kondizzjoni - Ħlas effettiv tal-VAT mill-persuna taxxabbli)
2012/C 151/08
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d'État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Véleclair SA
Konvenut: Ministre du budget, des comptes publics et de la réforme de l’Etat
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Conseil d’État — Interpretazzjoni tal-Artikolu 17(2)(b) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ –Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta d-dritt għat-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-importazzjoni għall-ħlas effettiv tal-imsemmija taxxa mill-persuna taxxabbli.
Dispożittiv
L-Artikolu 17(2)(b) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ –Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jippermettix lil Stat Membru jissuġġetta d-dritt għat-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-importazzjoni għall-ħlas effettiv minn qabel ta’ din it-taxxa mill-persuna taxxabbli meta din tal-aħħar hija wkoll id-detentur tad-dritt għal tnaqqis.
(1) ĠU C 301, 06.11.2010.
Full & Egal Universal Law Academy