26.5.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 151/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-29 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione — l-Italja) — Ministero dell’Economia e delle Finanze, Agenzia delle Entrate vs 3M Italia SpA
(Kawża C-417/10) (1)
(Tassazzjoni diretta - Għeluq ta’ proċeduri pendenti quddiem il-qorti li tagħti deċiżjoni fl-aħħar istanza fil-qasam fiskali - Abbuż ta’ dritt - Artikolu 4(3) TUE - Libertajiet iggarantiti mit-trattat - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Għajnuna mill-Istat - Obbligu li tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva tad-dritt tal-Unjoni)
2012/C 151/09
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte suprema di cassazione
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Ministero dell’Economia e delle Finanze, Agenzia delle Entrate
Konvenuta: 3M Italia SpA
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Corte suprema di cassazione — Taxxa fuq il kumpanniji — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għal perċentwali differenti ta’ taxxa fuq id-dividendi tal-kumpanniji skont is-sede tagħhom — Tranżazzjoni kummerċjali bil-parteċipazzjoni ta’ kumpanniji residenti fl-Italja u kumpanniji li għandhom s-sede tagħhom fl-esteru — Deċiżjoni tal-awtoritajiet amministrattivi li tikkunsidra applikabbli t-taxxi dovuti fil-każ ta’ kumpanniji residenti fl-esteru — Kunċett ta’ abbuż tad-dritt kif definit fil-Kawża C-255/02, Halifax et — Applikabbiltà għat-taxxi nazzjonali mhux armonizzati bħat-taxxi diretti
Dispożittiv
Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari, il-prinċipju tal-projbizzjoni tal-abbuż ta’ dritt, l-Artikolu 4(3) TUE, il-libertajiet iggarantiti mit-Trattat FUE, il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat kif ukoll l-obbligu li tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva tad-dritt tal-Unjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix l-applikazzjoni, f’każ bħal dak tal-kawża prinċipali dwar it-tassazzjoni diretta, ta’ dispożizzjoni nazzjonali li tipprevedi l-għeluq ta’ proċeduri pendenti quddiem il-qorti li tagħti deċiżjoni fl-aħħar istanza fil-qasam fiskali, permezz ta’ ħlas ta’ somma ekwiparabbli għal 5 % tal-valur tal-kawża, meta dawn il-proċeduri jirriżultaw minn rikors li jkun ġie ppreżentat fl-ewwel istanza iktar minn għaxar snin qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-dispożizzjoni u l-awtorità tat-taxxa tkun tilfet fl-ewwel żewġ istanzi ġudizzjarji.
(1) ĠU C 288, 23.10.2010
Full & Egal Universal Law Academy