21.4.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 118/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-1 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Hamburg (il-Ġermanja) — Söll GmbH vs Tetra GmbH
(Kawża C-420/10) (1)
(Tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali - Direttiva 98/8/KE - Artikolu 2(1)(a) - Kunċett ta’ “prodotti bijoċidali” - Prodott li jikkawża l-flokkulazzjoni ta’ organiżmi ta’ ħsara, mingħajr ma jeqridhom, igerixxhom jew jirrendihom bla kapaċità li jagħmlu ħsara)
2012/C 118/05
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Söll GmbH
Konvenuta: Tetra GmbH
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Landgericht Hamburg — Interpretazzjoni tal Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Frar 1998, dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 23, p. 3) — Kwalifika bħala “prodott bijoċidal” ta’ prodott li jikkawża l-flokkulazzjoni ta’ organiżmi ta’ ħsara, mingħajr ma jeqridhom, igerixxhom jew jirrendihom bla kapaċità li jagħmlu ħsara — Prodott alġiċida li fih is-sustanza idrossidu tal-klorur tal-aluminju — Kunċett ta’ “prodott bijoċidal”
Dispożittiv
Il-kunċett ta’ “prodotti bijoċidali” li jinsab fl-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Frar 1998, dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri anki l-prodotti li jaġixxu biss b’mod indirett fuq l-organiżmi ta’ ħsara li jkunu fil-mira tagħhom meta dawn il-prodotti jkun fihom sustanza attiva jew iktar li toħloq azzjoni, kimika jew bijoloġika, li tagħmel parti integrali minn sensiela ta’ azzjonijiet b’rabta kawżali bejniethom li l-għan tagħhom ikun li jiġi prodott effett detrimentali fir-rigward tal-organiżmi msemmija
(1) ĠU C 288, 23.10.2010.
Full & Egal Universal Law Academy