26.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 347/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof — il-Ġermanja) — Finanzamt Deggendorf vs Markus Stoppelkamp bħala likwidatur tal-patrimonju ta’ Harald Raab
(Kawża C-421/10) (1)
(VAT - Sitt Direttiva - Artikolu 21(1)(b) - Determinazzjoni tal-post ta’ tassazzjoni - Servizzi provduti minn fornitur residenti fl-istess pajjiż bħall-konsumatur, iżda li stabbilixxa s-sede tal-attività ekonomika tiegħu f’pajjiż ieħor - Kunċett ta’ “persuna taxxabbli stabbilita barra mill-pajjiż”)
2011/C 347/07
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Finanzamt Deggendorf
Konvenut: Markus Stoppelkamp bħala likwidatur tal-patrimonju ta’ Harald Raab
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari - Bundesfinanzhof - Interpretazzjoni tal-Artikolu 21(1)(b) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) - Determinazzjoni tal-post ta’ tassazzjoni - Servizzi mwettqa minn fornitur residenti fl-istess Stat Membru bħall-konsumaturi, iżda li stabbilixxa s-sede tal-attività ekonomika tiegħu fi Stat Membru ieħor - Kunċett ta’ “persuna taxxabbli stabbilita barra mill-pajjiż”
Dispożittiv
L-Artikolu 21(1)(b) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2000/65/KE, tas-17 ta’ Ottubru 2000, għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex persuna tiġi kkunsidrata bħala “persuna taxxabbli mhix stabbilita fit-territorju tal-pajjiż”, huwa biżżejjed li l-persuna taxxabbli kkonċernata tkun stabbilixxiet is-sede tal-attività ekonomika tagħha barra dan il pajjiż.
(1) ĠU C 317, 20.11.2010.
Full & Egal Universal Law Academy