28.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/15
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-24 ta’ Novembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (England & Wales), Chancery Division (Patents Court) (ir-Renju Unit)) — Georgetown University, University of Rochester, Loyola University of Chicago vs Comptroller-General of Patents, Designs and Trade Marks
(Kawża C-422/10) (1)
(Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari - Regolament (KE) Nru 469/2009 - Artikolu 3 - Kundizzjonijiet għall-kisba ta’ ċertifikat - Kunċett ta’ ‘prodott protett minn privattiva bażika fis-seħħ’ - Kriterji - Eżistenza ta’ kriterji addizzjonali jew differenti għal prodott mediċinali li jinkludi iktar minn ingredjent attiv jew għal tilqima kontra numru ta’ mard (‘Multi-disease vaccine’ jew ‘tilqima multivalenti’))
2012/C 25/24
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Justice (England & Wales), Chancery Division (Patents Court) (ir-Renju Unit)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Georgetown University, University of Rochester, Loyola University of Chicago
Konvenut: Comptroller-General of Patents, Designs and Trade Marks
Suġġett
Talba għal deċiżjon preliminari — High Court of Justice (Chancery Division) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(b) tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (ĠU L 152, p. 1) — Rekwiżiti għall-kisba ta’ ċertifikat — Possibbiltà li jinħareġ ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal ingredjent attiv jew il-kombinazzjoni ta’ ingredjenti attivi fl-ipoteżi ta’ protezzjoni minn privattiva bażika fis-seħħ għall-ingredjent attiv jew għall-kombinazzjoni ta’ ingredjenti attivi fis-sens tal-Artikolu 3(a) tar-Regolament
Dispożittiv
L-Artikolu 3(b) tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali għandu jiġi interpretat fis-sens li, dment li l-kundizzjonijiet l-oħra previsti f’dan l-Artikolu jkunu wkoll sodisfatti, dan ma jipprekludix li s-servizzi kompetenti tal-proprjetà industrijali ta’ Stat Membru joħorġu ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal ingredjent attiv, li jikkorrispondi għal dak li jidher fil-kliem tat-talbiet għall-privattiva bażika invokata, fejn il-prodott mediċinali li għalih ġiet ippreżentata l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq insostenn tat-talba għal ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari jinkludi, mhux biss dan l-ingredjent attiv, iżda wkoll ingredjenti attivi oħra.
(1) ĠU C 301, 06.11.2010.
Full & Egal Universal Law Academy