9.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 204/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmiem Awla) tat-18 ta' Mejju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Finanzgericht Düsseldorf — il-Ġermanja) — Delphi Deutschland GmbH vs Hauptzollamt Düsseldorf
(Kawża C-423/10) (1)
(Tariffa Doganali Komuni - Nomenklatura magħquda - Klassifikazzjoni tariffarja - Konnekters tal-elettriku - Subintestatura 8536 69 - Plaggs u sokits)
2011/C 204/21
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Delphi Deutschland GmbH
Konvenuta: Hauptzollamt Düsseldorf
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Finanzgericht Düsseldorf — Interpretazzjoni tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382), kif emendat bir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1810/2004, tas-7 ta’ Settembru 2004 (ĠU L 327, p. 1), Nru 1719/2005, tas-27 ta’ Ottubru 2005 (ĠU L 286, p. 1), kif ukoll Nru 1549/2006, tas-17 ta’ Ottubru 2006 (ĠU L 301, p. 1) — Konnekters tal-elettriku, intiżi sabiex jingħaqdu mat-tarf tal-wajer tal-elettriku u jitqiegħdu f’kopertura tal-plastik sabiex jagħqdu żewġ kejbils — Klassifikazzjoni fis-subintestatura 8536 69 tan-Nomenklatura Magħquda.
Dispożittiv
Is-subintestatura 8536 69 tan-Nomeklatura Magħquda li tidher fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 tal-Kunsill, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendat għas-snin 2005, 2006 u 2007, rispettivament, bir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1810/2004, tas-7 ta’ Settembru 2004, (KE) Nru 1719/2005, tas-27 ta’ Ottubru 2005, u (KE) Nru 1549/2006, tas-17 ta’ Ottubru 2006, għandha tiġi interpretata fis-sens illi l-konnekters tal-elettriku, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma humiex esklużi minn din is-subintestatura minħabba li ma jiżgurawx l-iżolazzjoni tal-pajp fil-punt ta’ konnessjoni jew li jirrappreżentaw biss parti mill-plaggs u sokits immanifatturati sussegwentement, peress illi jippermettu li jsiru konnessjonijiet tal-elettriku bejn tagħmir, kejbils u bords ta’ konnessjonijiet, eċċ., sempliċiment billi jkunu pplaggjati l-plaggs fis-sokits mingħajr l-ebda xogħol ta’ muntaġġ.
(1) ĠU C 317, 20.11.2010.
Full & Egal Universal Law Academy