28.5.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 160/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-7 ta’ April 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda
(Kawża C-431/10) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2005/85/KE - Dritt għal ażil - Proċedura għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ refuġjat - Standards minimi - Nuqqas ta’ traspożizzjoni kompleta fit-terminu previst)
2011/C 160/09
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Comdou-Durnade u A.-A. Gilly, aġenti)
Konvenuta: L-Irlanda (rappreżentant: D. O’Hagan, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonjiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE, tal-1 ta’ Diċembru 2005, dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ rifuġjat (ĠU L 175M, p. 168)
Dispożittiv
(1)
Billi naqset milli tadotta, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE, tal-1 ta’ Diċembru 2005, dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta’ rifuġjat, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 43 ta’ din id-direttiva.
(2)
L-Irlanda hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 301, 06.11.2010.
Full & Egal Universal Law Academy