26.11.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 347/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal administratif de Limoges — Franza) — Philippe Bonnarde vs Agence de Services et de Paiement
(Kawża C-443/10) (1)
(Moviment liberu tal-merkanzija - Restrizzjonijiet kwantitattivi - Miżuri li għandhom effett ekwivalenti - Importazzjoni, minn persuna residenti fi Stat Membru, ta’ vettura diġà rreġistrata fi Stat Membru ieħor - Primjum Ambjentali - Kundizzjonijiet - Ċertifikat ta’ reġistrazzjoni li jiċċertifika n-natura ta’ vettura għal wiri)
2011/C 347/08
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal administratif de Limoges
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Philippe Bonnarde
Konvenuta: Agence de Services et de Paiement
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal administratif de Limoges — Interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE, tad-29 ta’ April 1999 dwar id-dokumenti ta’ reġistrazzjoni għall-vetturi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 4, p. 351), emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/127/KE, tat-23 ta’ Diċembru 2003 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 7. p. 710) — Importazzjoni, minn persuna residenti fi Franza, ta’ vettura diġà rreġistrata fi Stat Membru ieħor — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-għoti ta’ primjum ambjentali għall-għoti ta’ ċertifikat li jiċċertifika n-natura ta’ vettura għal wiri — Restrizzjonijiet kwantitattivi — Miżuri li għandhom effett ekwivalenti
Dispożittiv
L-Artikoli 34 TFUE u 36 TFUE jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li, sabiex ikun jista’ jingħata l-“bonus écologique — Grenelle de l’environnement” meta l-vetturi bil-mutur għal wiri impurtati jiġu rreġistrati f’dan l-Istat Membru, teżiġi li fuq l-ewwel ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ta’ tali vetturi għandu jkun hemm il-kliem “vettura għal wiri”.
(1) ĠU C 317, 20.11.2010.
Full & Egal Universal Law Academy