5.5.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 133/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Okresný súd Prešov — is-Slovakkja) — Jana Pereničová, Vladislav Perenič vs S.O.S. financ, spol. s r.o.
(Kawża C-453/10) (1)
(Protezzjoni tal-konsumaturi - Kuntratt ta’ kreditu għall-konsum - Indikazzjoni żbaljata ta’ rata perċentwali annwali - Effett tal-prattiki kummerċjali żleali u tal-klawżoli inġusti fuq il-validità globali tal-kuntratt)
2012/C 133/11
Lingwa tal-kawża: is-Slovakk
Qorti tar-rinviju
Okresný súd Prešov
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Jana Pereničová, Vladislav Perenič
Konvenuta: S.O.S. financ, spol. s r.o.
Suġġett
Talba għal deċiżjoni prelimianri — Okresný súd Prešov — Interpretazzjoni tal-Artikolu 4(1) u 6(1) tad-Direttiva 93/13, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288), kif ukoll tad-Direttiva 2005/29, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttiva 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali”) (ĠU L 149, p. 22) — Kuntratt ta’ kreditu għall-konsum li jistipula rata ta’ interessi użurarja — Effett tal-prattiki kummerċjali żleali u tal-klawżoli inġusti fuq il-validità globali tal-kuntratt
Dispożittiv
(1)
L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandu jiġu interpretat fis-sens li, meta tevalwa l-punt dwar jekk kuntratt konkluż ma’ konsumatur minn bejjiegħ u li għandu klawżola waħda jew iktar inġusti jistax jeżisti mingħajr l-imsemmija klawżoli, il-qorti adita ma tistax tibbaża ruħha biss fuq in-natura eventwalment vantaġġuża għal waħda mill-partiijiet, f’dan il-każ il-konsumatur, tal-annullament tal-kuntratt ikkonċernat kollu kemm hu. L-imsemmija direttiva ma tipprekludix, madankollu, li Stat Membru jipprovdi, fl-osservanza tad-dritt tal-Unjoni, li kuntratt konkluż ma’ konsumatur minn kummerċjant u li għandu klawżola waħda jew iktar inġusti huwa null kollu kemm hu meta huwa jiżgura protezzjoni aħjar tal-konsumatur.
(2)
Prattika kummerċjali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tikkonsisti fl-indikazzjoni f’kuntratt ta’ kreditu ta’ rata perċentwali annwali inqas minn dik reali għandha tiġi ddikjarata bħala “qarrieqa”, fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2005/29, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttiva 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali”), sa fejn hija twassal jew tista’ twassal lill-konsumatur medju sabiex jieħu deċiżjoni kummerċjali tranżazzjonali li ma kienx jieħu f’ċirkustanzi oħra. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tistħarreġ jekk dan huwa l-każ fil-kawża prinċipali. Il-konstatazzjoni tan-natura żleali ta’ tali prattika kummerċjali tikkostitwixxi element fost oħrajn li fuqu l-qorti kompetenti tista’ tistabbilixxi, skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 93/13, l-evalwazzjoni tagħha tan-natura inġusta ta’ klawżoli tal-kuntratt dwar l-ispiża tas-self mogħtija lill-konsumatur. Tali konstatazzjoni madankollu ma taffettwax direttament l-evalwazzjoni, fid-dawl tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13, tal-validità tal-kuntratt ta’ kreditu konkluż.
(1) ĠU C 328, 04.12.2010.
Full & Egal Universal Law Academy