16.6.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 174/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ April 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo — Spanja) — Asociación Nacional de Expendedores de Tabaco y Timbre (ANETT) vs Administración del Estado
(Kawża C-456/10) (1)
(Moviment liberu tal-merkanzija - Artikoli 34 TFUE u 37 TFUE - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi lill-bejjiegħa bl-imnut ta’ tabakk milli jimpurtaw prodotti tat-tabakk - Regola dwar l-eżistenza u l-funzjonament tal-monopolju tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tat-tabakk - Miżura li għandha effett ekwivalenti għal restrizzjonijiet kwantitattivi - Ġustifikazzjoni - Protezzjoni tal-konsumaturi)
2012/C 174/07
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Supremo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Asociación Nacional de Expendedores de Tabaco y Timbre (ANETT)
Konvenuta: Administración del Estado
fil-preżenza ta’: Unión de Asociaciones de Estanqueros de España, Logivend SLU, Organización Nacional de Asociaciones de Estanqueros
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal Supremo — Interpretazzjoni tal-Artikolu 34 TFUE — Monopolju Spanjol ta’ kummerċjalizzazzjoni tat-tabakk — Projbizzjoni ta’ importazzjoni ta’ tabakk imposta fuq il-bejjiegħa bl-imnut u stabbilita favur il-bejjiegħa bl-ingrossa — Proporzjonalità
Dispożittiv
L-Artikolu 34 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprojbixxi lill-proprjetarju ta’ ħwienet tat-tabakk u tal-bolol milli jeżerċitaw attività ta’ importazzjoni ta’ prodotti tat-tabakk minn Stati Membri oħra.
(1) ĠU C 328, 04.12.2010.
Full & Egal Universal Law Academy