30.7.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 226/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-9 ta’ Ġunju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
(Kawża C-458/10) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 98/83/KE - Ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem - Traspożizzjoni inkompleta u inkorretta)
2011/C 226/14
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Pardo Quintillán u O. Beynet, aġenti)
Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentant: C. Schiltz, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Traspożizzjoni inkompleta u inkorretta tal-Artikolu 9(3)(b), (ċ) u (e) tad-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE, tat-3 ta’ Novembru 1998, dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 90) — Distribuzzjoni tal-ilma għax-xorb li ma tissodisfax il-valuri parametriċi rikjesti — Sistema ta’ derogi
Dispożittiv
(1)
Billi ma ttrasponiex b’mod komplet u korrett l-Artikolu 9(3)(b), (ċ) u (e) tad-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE, tat-3 ta’ Novembru 1998, dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas mill-obbligi tiegħu skont din id-direttiva.
(2)
Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 346, 18.12.2010.
Full & Egal Universal Law Academy