10.9.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 269/17
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ Lulju 2011 — Freistaat Sachsen, Land Sachsen-Anhalt vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-459/10 P) (1)
(Appell - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna favur proġett ta’ taħriġ dwar ċerti impjiegi fiċ-ċentru l-ġdid ta’ DHL fl-ajruport ta’ Leipzig/Halle - Rikors għall-annullament tad-deċiżjoni li tiddikjara parti mill-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni - Eżami tan-neċessità tal-għajnuna - Nuqqas milli jittieħdu inkunsiderazzjoni l-effetti ta’ inċentiv tal-għajnuna u tal-effetti esterni pożittivi tagħha fuq l-għażla tas-sit)
2011/C 269/28
Lingwa tal-proċedura: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Freistaat Sachsen, Land Sachsen-Anhalt (rappreżentant: A. Rosenfeld, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: B. Martenczuk, aġent)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla), tat-8 ta’ Lulju 2010, Freistaat Sachsen u Land Sachsen-Anhalt vs Il-Kummissjoni (T-396/08), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/878/KE, tat-2 ta’ Lulju 2008, dwar l-għajnuna mill-Istat li l-Ġermanja ser tagħti lid-DHL (ĠU L 312, p. 31) — Għajnuna għat-taħriġ — Deċiżjoni li tiddikjara parti mill-għajnuna bħala inkompatibbli mas-suq komuni — Eżami żbaljat tan-neċessità tal-għajnuna — Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-effetti esterni pożittivi tal-għajnuna u tal-effetti tagħha ta’ inċentiv fuq l-għażla tas-sit
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Il-Freistaat Sachsen u l-Land Sachsen-Anhalt huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 317, 20.11.2010
Full & Egal Universal Law Academy