3.12.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 355/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Ottubru 2011 — Deutsche Post AG, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawżi magħquda C-463/10 P u C-475/10 P) (1)
(Appell - Għajnuna mill-Istat - Regolament (KE) Nru 659/1999 - Artikolu 10(3) - Deċiżjoni għal inġunzjoni ta’ informazzjoni - Att li jista’ jiġi kkontestat fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE)
(2011/C 355/10)
Lingwa tal-proċedura: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Deutsche Post AG (rappreżentanti: J. Sedemund et T. Lübbig, avukati), Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze, J. Möller u N. Graf Vitzthum, aġenti)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Martenczuk u T. Maxian Rusche, aġenti)
Suġġett
Appell mid-digriet tal Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal 14 ta’ Lulju 2010, Deutsche Post vs Il-Kummissjoni (T-570/08), li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali laqgħet l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni u għalhekk ċaħdet bħala inammissibbli r-rikors għall-annullament tad-deċiżjoni li allegatament tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni, tat-30 ta’ Ottubru 2008, li tordna li tingħata informazzjoni fil-proċedura dwar għajnuna mill-Istat favur Deutsche Post AG — Interpretazzjoni żbaljata tal-kunċett ta’ “att li jista’ jiġi kkontestat” fis-sens tal-Artikolu 230 KE — Nuqqas li jittieħdu inkunsiderazzjoni n-natura u l-effetti legali tal-att ikkontestat — Ksur tal-prinċipju tal-protezzjoni ġudizzjarja effettiva
Dispożittiv
(1)
Id-digrieti tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-14 ta’ Lulju 2010, Deutsche Post vs Il-Kummissjoni (T-570/08), u Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni (T-571/08), huma annullati.
(2)
L-eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni Ewropea quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea huma miċħuda.
(3)
Il-kawżi huma rrinvijati quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex hija tiddeċiedi fuq it-talbiet ta’ Deutsche Post AG (T-570/08) u tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja (T-571/08) intiżi għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ottubru 2008 li tipprovdi inġunzjoni fuq ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja sabiex tipprovdi xi informazzjoni fil-proċedura ta’ għajnuna mill-Istat favur Deutsche Post AG.
(4)
L-ispejjeż huma rriżervati.
(1) ĠU C 328, 04.12.2010.
Full & Egal Universal Law Academy