10.9.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 269/17
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-14 ta’ Lulju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Mons — il-Belġju) — L-Istat tal-Belġju vs Pierre Henfling, Raphaël Davin, Koenraad Tanghe, bħala kuraturi ta’ falliment ta’ Tiercé Franco-Belge SA
(Kawża C-464/10) (1)
(Tassazzjoni - Sitt Direttiva tal-VAT - Artikolu 6(4) - Eżenzjoni - Artikolu 13B(f) - Logħob tal-ażżard - Servizzi pprovduti minn aġent (riċevitur tal-lottu) li jaġixxi f’ismu proprju iżda għall-benefiċċju ta’ prinċipal li jeżerċita attività ta’ ġbir ta’ mħatri)
2011/C 269/29
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour d’appel de Mons
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: L-Istat tal-Belġju
Konvenuti: Pierre Henfling, Raphaël Davin, Koenraad Tanghe, bħala kuraturi ta’ falliment ta’ Tiercé Franco-Belge SA
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour d’appel de Mons — Interpretazzjoni tal-Artikoli 6(4) u 13B(f) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill Nru 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Eżenzjoni mit-taxxa għas-servizzi pprovduti minn aġent li jaġixxi f’ismu proprju iżda għall-benefiċċju ta’ prinċipal li jorganizza logħob u mħatri previsti mill-imsemmija direttiva.
Dispożittiv
L-Artikoli 6(4), u 13B(f) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, sakemm operatur ekonomiku jopera f’ismu proprju, iżda għall-benefiċċju ta’ impriża li teżerċita attività ta’ ġbir ta’ mħatri, fil-ġbir ta’ mħatri li jaqa’ taħt eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud prevista f’dan l-Artikolu 13B(f), din l-aħħar impriża titqies, skont dan l-Artikolu 6(4), bħala illi tipprovdi lill-imsemmi operatur provvista ta’ mħatri li taqa’ taħt l-imsemmija eżenzjoni.
(1) ĠU C 346, 18.12.2010.
Full & Egal Universal Law Academy