25.8.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 258/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Agrofert Holding a.s., Polski Koncern Naftowy Orlen SA, Ir-Renju tad-Danimarka, Ir-Repubblika tal-Finlandja, Ir-Renju tal-Isvezja
(Kawża C-477/10 P) (1)
(Appell - Aċċess għal dokumenti tal-istituzzjonijiet - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti dwar proċedura ta’ kontroll ta’ konċentrazzjoni bejn impriżi - Regolament (KE) Nru 139/2004 - Rifjut ta’ aċċess - Eċċezzjonijiet relatati mal-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni, tal-interessi kummerċjali, tal-pariri legali u tal-proċess deċiżjonali tal-istituzzjonijiet)
2012/C 258/05
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Smulders, P. Costa de Oliveira u V. Bottka, aġenti]
Partijiet oħra fil-proċedura: Agrofert Holding a.s. (rappreżentanti: R. Pokorný u D. Šalek, avukati), Polski Koncern Naftowy Orlen SA (rappreżentanti: S. Sołtysiński, K. Michałowska u A. Krasowska-Skowrońska, avukati), Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentant: S. Juul Jørgensen, aġent), Ir-Repubblika tal-Finlandja, Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: K. Petkovska u S. Johannesson, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Lulju 2010 — Agrofert Holding a.s. vs Il-Kummissjoni (T-111/07), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali annullat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni D(2007) 1360, tat-13 ta’ Frar 2007, li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrenti l-aċċess għal ċerti dokumenti mhux ippubblikati li jikkonċernaw proċedura dwar konċentrazzjoni ta’ impriżi (Każ COMP/M.3543 — PKN Orlen/Unipetrol)
Dispożittiv
(1)
Il-punt 2 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-7 ta’ Lulju 2010, Agrofert Holding vs Il-Kummissjoni (T-111/07), huwa annullat sa fejn dan jannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea D(2007) 1360, tat-13 ta’ Frar 2007, li tirrifjuta l-aċċess għad-dokumenti tal-Każ COMP/M.3543 dwar il-konċentrazzjoni bejn Polski Koncern Naftowy Orlen SA u Unipetrol, skambjati bejn il-Kummissjoni u l-partijiet notifikanti u bejn il-Kummissjoni u terzi.
(2)
Il-punt 3 tad-dispożittiv ta’ din is-sentenza huwa annullat.
(3)
Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.
(4)
Ir-rikors ippreżentat minn Agrofert Holding a.s. quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea u intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea D(2007) 1360, tat-13 ta’ Frar 2007, li tirrifjuta l-aċċess għad-dokumenti tal-Każ COMP/M.3543 dwar il-konċentrazzjoni bejn Polski Koncern Naftowy Orlen SA u Unipetrol, skambjati bejn il-Kummissjoni u l-partijiet notifikanti u bejn il-Kummissjoni u terzi, huwa miċħud.
(5)
Il-Kummissjoni Ewropea u Agrofert Holding a.s. għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom sostnuti kemm fl-ewwel istanza kif ukoll fil-kuntest ta’ dan l-appell.
(6)
Polski Koncern Naftowy Orlen SA u r-Renju tal-Isvezja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 328, 04.12.2010.
Full & Egal Universal Law Academy