15.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 171/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-25 ta’ April 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Isvezja
(Kawża C-480/10) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Tassazzjoni - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 11 - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita għall-impriżi fis-settur finanzjarju u tal-assigurazzjoni l-possibbiltà li jiġi fformat grupp ta’ persuni li jistgħu jitqiesu bħala persuna taxxabbli waħda għall-finijiet tal-VAT)
2013/C 171/02
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u K. Simonsson, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: A. Falk u S. Johannesson, aġenti)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: L-Irlanda (rappreżentanti: D. O’Hagan, aġent, assistit minn G. Clohessy, SC, u minn N. Travers, BL), Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: H. Leppo, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) - Liġi nazzjonali li tillimita l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni li tirrigwarda s-sistema ta’ ragruppament għall-finijiet tal-VAT biss għall-impriżi li jwettqu attivitajiet fil-qasam finanzjarju.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
(3)
L-Irlanda u r-Repubblika tal-Finlandja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 328, 4.12.2010.
Full & Egal Universal Law Academy