18.2.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 49/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte dei Conti — Sezione Giurisdizionale per la Regione Siciliana — L-Italja) — Teresa Cicala vs Regione Siciliana
(Kawża C-482/10) (1)
(Proċedura amministrattiva nazzjonali - Atti amministrattivi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Possibbiltà li jimtela n-nuqqas ta’ motivazzjoni matul proċedura ġudizzjarja mibdija kontra att amministrattiv - Interpretazzjoni tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE u tal-Artikolu 41(2)(ċ) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)
2012/C 49/16
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte dei Conti — Sezione Giurisdizionale per la Regione Siciliana
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Teresa Cicala
Konvenuta: Regione Siciliana
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Corte dei Conti — Sezione Giurisdizionale per la Regione Siciliana — Interpretazzjoni tal-Artikolu 296 TFUE u tal-Artikolu 41(2)(ċ) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Kompatibbiltà ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi l-possibbiltà, għall-amministrazzjoni pubblika, li ma timmotivax l-atti tagħha f’ċerti kundizzjonijiet jew li timla n-nuqqas ta’ motivazzjoni ta’ att amministrattiv matul proċedura ġudizzjarja mibdija kontra l-imsemmi att
Dispożittiv
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma hijiex kompetenti sabiex tirrispondi d-domandi mressqa mill-Corte dei conti, sezione giurisdizionale per la Regione Siciliana (l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tal-20 ta’ Settembru 2010.
(1) ĠU C 328, 04.12.2010
Full & Egal Universal Law Academy