21.4.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 118/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-1 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo — Spanja) — Asociación para la Calidad de los Forjados (ASCAFOR), Asociación de Importadores y Distribuidores de Acero para la Construcción (ASIDAC) vs Administración del Estado et
(Kawża C-484/10) (1)
(Moviment liberu tal-merkanzija - Restrizzjonijiet kwantitattivi u miżuri li għandhom effett ekwivalenti - Direttiva 89/106/KEE - Prodotti għall-bini - Normi li ma humiex armonizzati - Tikketti ta’ kwalità - Eżiġenzi rigward il-korpi ta’ ċertifikazzjoni)
2012/C 118/07
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Supremo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Asociación para la Calidad de los Forjados (ASCAFOR), Asociación de Importadores y Distribuidores de Acero para la Construcción (ASIDAC)
Konvenuti: Administración del Estado, Calidad Siderúrgica SL, Colegio de Ingenieros Técnicos Industriales, Asociación Española de Normalización y Certificación (AENOR), Consejo General de Colegios Oficiales de Aparejadores y Arquitectos Técnicos, Asociación de Investigación de las Industrias de la Construcción (AIDICO) Instituto Tecnológico de la Construcción, Asociación Nacional Española de Fabricantes de Hormigón Preparado (ANEFHOP), Ferrovial Agromán SA, Agrupación de Fabricantes de Cemento de España (OFICEMEN), Asociación de Aceros Corrugados Reglamentarios y su Tecnología y Calidad (ACERTEQ)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal Supremo — Interpretazzjoni tal-Artikoli 28 u 30 KE (attwalment l-Artikoli 34 u 36 TFUE) — Prodotti għall-bini — Prodotti mhux koperti minn normi armonizzati hekk kif previsti fid-Direttiva 89/106/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, dwar l-approssimazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-prodotti għall-bini (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 9, p. 296) — Tqegħid fis-suq suġġett jew għal ċertifikat ta’ kwalità superjuri jew maħruġ skont metodi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet iddettaljati ekwivalenti għal dawk mitluba mill-awtoritajiet nazzjonali, jew għall-approvazzjoni minn qabel tal-imsemmija kundizzjonijiet minkejja li din l-approvazzjoni tkun diġà nkisbet fl-Istat Membru ta’ oriġini.
Dispożittiv
L-Artikolu 34 TFUE u l-Artikolu 36 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-eżiġenzi preskritti fl-Artikolu 81 tal-Kodiċi dwar il-konkrit (EHE-08) approvat bid-Digriet Irjali 1247/08, tat-18 ta’ Lulju 2008, moqri flimkien mal-Anness Nru 19 ta’ dan il-kodiċi, sabiex ikun aċċettat ir-rikonoxximent uffiċjali taċ-ċertifikati li jagħtu prova tal-livell ta’ kwalità tal-qafas tal-azzar għall-konkrit maħruġa fi Stat Membru ieħor minbarra r-Renju ta’ Spanja, jikkostitwixxu ostakolu għall-moviment liberu tal-merkanzija. Tali ostakolu jista’ jkun iġġustifikat mill-għan ta’ protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-persuni sakemm l-eżiġenzi preskritti ma jkunux superjuri għall-istandards minimi rikjesti għall-użu tal-qafas tal-azzar għall-konkrit fi Spanja. F’dan il-każ, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika, fil-każ li l-korp li joħroġ iċ-ċertifikat ta’ kwalità li għandu jkun is-suġġett ta’ rikonoxximent uffiċjali fi Spanja jkollu l-kwalità ta’ korp approvat fis-sens tad-Direttiva 89/106, liema minn dawn l-eżiġenzi jmorru lil hinn minn dak li huwa neċessarju għat-twettiq tal-għan ta’ protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-persuni.
(1) ĠU C 346, 18.12.2010.
Full & Egal Universal Law Academy