31.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 98/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Frar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Juzgado de lo Mercantil de Alicante — Spanja) — Celaya Emparanza y Galdos Internacional SA vs Proyectos Integrales de Balizamientos SL
(Kawża C-488/10) (1)
(Regolament (KE) Nru 6/2002 - Artikolu 19(1) - Disinni Komunitarji - Vjolazzjoni jew theddida ta’ vjolazzjoni - Kunċett ta’ “terzi”)
2012/C 98/09
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Mercantil de Alicante
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Celaya Emparanza y Galdos Internacional SA
Konvenuta: Proyectos Integrales de Balizamientos SL
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Juzgado de lo Mercantil de Alicante — Interpretazzjoni tal-Artikolu 19(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002, tat-12 ta’ Diċembru 2001, dwar id-disinji Komunitarji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 142) — Kontravenzjoni jew theddida ta’ kontravenzjoni — Kunċett ta’ terzi
Dispożittiv
(1)
L-Artikolu 19(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002, tat-12 ta’ Diċembru 2001, dwar id-disinji Komunitarji, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’kawża dwar ksur ta’ dritt esklużiv mogħti minn disinn Komunitarju rreġistrat, id-dritt li terzi jiġu pprojbiti milli jużaw l-imsemmi disinn għandu jinkludi kull terz li juża disinn li ma jipproduċiex fuq utent informat impressjoni globali differenti, inkluż terz detentur ta’ disinn Komunitarju rreġistrat wara.
(2)
Ir-risposta għall-ewwel domanda ma tiddependix mill-intenzjoni u mill-aġir ta’ terz.
(1) ĠU C 346, 18.12.2010.
Full & Egal Universal Law Academy