26.2.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Celle — il-Ġermanja) — Joseba Andoni Aguirre Zarraga vs Simone Pelz
(Kawża C-491/10 PPU) (1)
(Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 2201/2003 - Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri - Responsabbbiltà tal-ġenituri - Dritt ta’ kustodja - Ħtif ta’ minuri - Artikolu 42 - Eżekuzzjoni ta’ sentenza ċċertifikata li tordna r-ritorn ta’ minuri mogħtija minn qorti li għandha ġurisdizzjoni (Spanjola) - Ġurisdizzjoni tal-qorti rikjesta (Ġermaniża) biex tirrifjuta l-eżekuzzjoni tal-imsemmija sentenza f’każ ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-minuri)
2011/C 63/23
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht Celle
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Joseba Andoni Aguirre Zarraga
Konvenuta: Simone Pelz
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberlandesgericht Celle — Interpretazzjoni tal-Artikolu 42 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar [l-eżekuzzjoni] ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243) — Ħtif ta’ minuri — Eżekuzzjoni ta’ sentenza li tordna r-ritorn ta’ minuri mogħtija minn qorti li għandha ġurisdizzjoni (Spanjola) — Ġurisdizzjoni tal-qorti rikjesta (Ġermaniża) biex tirrifjuta l-eżekuzzjoni tal-imsemmija deċiżjoni f’każ ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-wild
Dispożittiv
F’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, il-qorti kompetenti tal-Istat Membru li jeżegwixxi ma tistax topponi l-eżekuzzjoni ta’ sentenza ċċertifikata li tordna r-ritorn ta’ minuri li jkun qed jinżamm b’mod illegali għar-raġuni li l-qorti tal-Istat Membru ta’ oriġini li tat din is-sentenza allegatament kisret l-Artikolu 42 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar [l-eżekuzzjoni] ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilltà tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, interpretat b’mod konformi mal-Artikolu 24 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, peress li l-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ tali ksur taqa’ esklużivament taħt il-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istat Membru ta’ oriġini.
(1) ĠU C 346, 18.12.2010.
Full & Egal Universal Law Academy