4.2.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-1 ta’ Diċembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Linz (l-Awstrija) — Immobilien Linz GmbH & Co KG vs Finanzamt Freistadt Rohrbach Urfahr
(Kawża C-492/10) (1)
(Tassazzjoni - Direttiva 69/335/KEE - Taxxi indiretti - Ġbir tal-kapital - Artikolu 4(2)(b) - Operazzjonijiet suġġetti għad-dazju fuq il-kapital - Żieda fl-assi - Provvista ta’ servizzi minn soċju - Assorbiment tat-telf bis-saħħa ta’ impenn mogħti qabel)
2012/C 32/18
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Linz
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Immobilien Linz GmbH & Co KG
Konvenuta: Finanzamt Freistadt Rohrbach Urfahr
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Unabhängiger Finanzsenat, Auβenstelle Linz — Interpretazzjoni tal-Artikolu 4(2)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE, tas-17 ta’ Lulju 1969, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 11) — Operazzjonijiet suġġetti għad-dazju fuq il-kapital — Żieda tal-assi ta’ kumpannija b’kapital azzjonarju — Inklużjoni possibbli f’dawn l-assi tal-impenn min-naħa ta’ korp pubbliku, li huwa l-uniku soċju ta’ din il-kumpannija, li jassumi t-telf tagħha
Dispożittiv
L-Artikolu 4(2)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE, tas-17 ta’ Lulju 1969, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 85/303/KEE, tal-10 ta’ Ġunju 1985, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-assorbiment tat-telf ta’ kumpannija minn soċju bħala eżekuzzjoni ta’ impenn li dan tal-aħħar ikun daħal għalih qabel ma jkun ġie sostnut it-telf, u dan unikament sabiex jiżgura l-kopertura ta’ dan it-telf, ma jżidx l-assi ta’ din il-kumpannija
(1) ĠU C 13, 15.1.2011.
Full & Egal Universal Law Academy