8.12.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 379/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Staatssecretaris van Justitie vs Mangat Singh
(Kawża C-502/10) (1)
(Direttiva 2003/109/KE - Status ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul - Kamp ta’ applikazzjoni - Artikolu 3(2)(e) - Residenza bbażata fuq permess formalment limitat)
2012/C 379/06
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Staatssecretaris van Justitie
Konvenuta: Mangat Singh
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Raad van State — Interpetazzjoni tal-Artikolu 3(2)(e) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE, tal-25 ta’ Novembru 2003, dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 272) — Kunċett ta’ “permess ta’ residenza formalment limitat” — Permess ta’ residenza li ma jagħti ebda possibbiltà li jinkiseb permess ta’ residenza għal tul illimitat, iżda jista’ jiġi mġedded għal numru illimitat ta’ drabi
Dispożittiv
L-Artikolu 3(2)(e) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE, tal-25 ta’ Novembru 2003, dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “permess ta’ residenza (…) (li ġie) formalment limitat” ma jinkludix permess ta’ residenza għal żmien determinat, mogħti għal grupp speċifiku ta’ persuni, li l-validità tiegħu jista’ jiġi estiż b’mod illimitat, mingħajr madankollu ma joffri l-ebda possibbiltà li jinkiseb permess ta’ residenza għal żmien indefinit, sakemm tali limitazzjoni formali ma tostakolax ir-residenza fit-tul taċ-ċittadin ta’ pajjiżi terzi fl-Istat Membru kkonċernat, li hija l-qorti tar-rinviju nazzjonali li għandha tivverifika dan.
(1) ĠU C 346, 18.12.2010.
Full & Egal Universal Law Academy