17.12.2011
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 370/15
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Najvyšší súd Slovenskej republiky — Ir-Repubblika Slovakka) — Tanoarch s.r.o. vs Daňové riaditeľstvo Slovenskej republiky
(Kawża C-504/10) (1)
(Tassazzjoni - VAT - Dritt għal tnaqqis - Trasferiment ta’ parti mid-drittijiet fuq invenzjoni, miżmuma minn diversi impriżi, lil impriża li għandha d-dritt tuża l-imsemmija invenzjoni fl-intier tagħha - Prassi abbużiva)
2011/C 370/23
Lingwa tal-kawża: l-Islovakk
Qorti tar-rinviju
Najvyšší súd Slovenskej republiky
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Tanoarch sro
Konvenuta: Daňové riaditeľstvo Slovenskej republiky
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Najvyšší súd Slovenskej republiky — Interpretazzjoni tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23), u b’mod partikolari tal-Artikolu 2(1) tagħha — Trasferiment ta’ parti mid-drittijiet fuq invenzjoni, li għandhom diversi impriżi, lil impriża li diġà għandha d-dritt tuża l-imsemmija invenzjoni fl-intier tagħha — Possibbiltà tal-eżistenza ta’ dritt għal tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa
Dispożittiv
(1)
Persuna taxxabbli tista’, fil-prinċipju, tinvoka d-dritt għal tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud tal-input imħallsa jew dovuta għal provvista ta’ servizz, imwettqa bi ħlas, meta d-dritt nazzjonali applikabbli jippermetti t-trasferiment ta’ parti mill-koproprjetà ta’ invenzjoni li jikkonferixxi dritt fuqha.
(2)
Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tistabbilixxi, b’kunsiderazzjoni għaċ-ċirkustanzi fattwali kollha li jikkaratterizzaw il-provvista tas-servizz inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-eżistenza jew in-nuqqas ta’ abbuż ta’ dritt fir-rigward tad-dritt għal tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud tal-input imħallsa.
(1) ĠU C 46, 12.02.2011
Full & Egal Universal Law Academy