28.1.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/19
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Novembru 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Højesteret — id-Danimarka) — Partrederiet Sea Fighter vs Skatteministeriet
(Kawża C-505/10) (1)
(Direttiva 92/81/KEE - Dazji tas-sisa fuq iż-żjut minerali - Eżenzjoni - Kunċett ta’ ‘navigazzjoni’ - Karburant użat għal gaffa installata fuq bastiment li taħdem indipendentement mill-magna ta’ dan il-bastiment)
2012/C 25/31
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Højesteret
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Partrederiet Sea Fighter
Konvenut: Skatteministeriet
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Højesteret — Interpretazzjoni tal-Artikolu 8(1)(c) tad Direttiva tal-Kunsill 92/81/KEE, tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tad-dazji tas-sisa fuq iż-żjut minerali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 179) — Eżenzjoni taż żjut minerali użati bħala karburant għan-navigazzjoni — Kunċett ta’ “għan navigazzjoni” — Żjut minerali użati bħala karburant għal gaffa mwaħħla fuq biċċa tal-baħar iżda li għandha l-magna u t-tank taż-żejt tagħha u b’hekk taħdem indipendentement mill-magna ta’ propulsjoni tad-dgħajsa
Dispożittiv
L-Artikolu 8(1)(c) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/81/KEE, tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tad-dazji tas-sisa fuq iż-żjut minerali, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 94/74/KE, tat-22 ta’ Diċembru 1994, għandu jiġi interpretat fis-sens li ż-żjut minerali pprovduti sabiex jintużaw f’gaffa li hija installata fuq bastiment b’mod permanenti, li iżda, minħabba li għandha magna u tank tal-karburant awtonomi, taħdem b’mod indipendenti mill-magna ta’ propulsjoni tal-bastiment, ma humiex eżentati mid-dazji tas-sisa
(1) ĠU C 13, 15.01.2011
Full & Egal Universal Law Academy