16.6.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 174/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ April 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi
(Kawża C-508/10) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2003/109/KE - Status ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għal żmien twil - Applikazzjoni għall-kisba tal-istatus ta’ resident għal żmien twil - Applikazzjoni għal permess ta’ residenza fi Stat Membru ieħor ippreżentata minn ċittadin ta’ pajjiż terz li diġà kiseb l-istatus ta’ resident għal żmien twil fl-ewwel Stat Membru jew minn membru tal-familja tiegħu - Ammonti tad-drittijiet mitluba mill-awtoritajiet kompetenti - Natura sproporzjonata - Ostaklu għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ residenza)
2012/C 174/09
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Condou-Durande u R. Troosters, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C.M. Wissels u J. Langer, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: T. Papadopoulou, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE, tal-25 ta’ Novembru 2003, dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 272) — Talba għall-istatus ta’ resident għal zmien twil — Taxxi tal-boll — Ammonti għoljin wisq u inġusti — Mezz għat-tfixkil tal-eżerċizzju tad-dritt ta’ residenza
Dispożittiv
(1)
Peress li applikat liċ-ċittadini0 ta’ pajjiżi terzi li jitolbu l-ksib tal-istatus ta’ resident għal żmien twil fil-Pajjiżi l-Baxxi u lil dawk li, billi kisbu dan l-istatus fi Stat Membru li ma huwiex ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, jitolbu li jeżerċitaw id-dritt li jirrisjedu f’dan l-Istat Membru kif ukoll lill-membri tal-familja tagħhom li jitolbu li jiġu awtorizzati jakkompanjawhom jew jingħaqdu magħhom, drittijiet fiskali eċċessivi u sproporzjonati, li jistgħu joħolqu ostaklu għall-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mid-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE, tal-25 ta’ Novembru 2003, dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont din id-direttiva.
(2)
Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(3)
Ir-Repubblika Ellenika għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 30, 29.01.2011
Full & Egal Universal Law Academy