22.9.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 287/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof — il-Ġermanja) — Josef Geistbeck, Thomas Geistbeck vs Saatgut-Treuhandverwaltungs GmbH
(Kawża C-509/10) (1)
(Proprjetà intellettwali u industrijali - Sistema ta’ drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità - Regolament (KE) Nru 2100/94 - Privileġġ tal-bidwi - Kunċett ta’ “kumpens raġonevoli” - Ħlas għal dannu subit - Ksur)
2012/C 287/05
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Josef Geistbeck, Thomas Geistbeck
Konvenuta: Saatgut-Treuhandverwaltungs GmbH
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesgerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikoli 14(3) u 94(1) u(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94, tas-27 ta’ Lulju 1994, dwar drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 16, p. 390), kif ukoll tal-Artikoli 5 u 8 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1768/95, tal-24 ta’ Lulju 1995, li jimplimenta regoli dwar l-eżenzjoni agrikola prevista fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 18, p. 63) — Drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità — Ksur -Obbligu li detentur ta’ tali dritt jitħallas remunerazzjoni raġonevoli u jiġi kkumpensat għad-dannu li jkun sostna — Kriterji biex jiġu ddeterminati r-remunerazzjoni raġonevoli u d-dannu
Dispożittiv
(1)
Biex jiġi stabbilit “kumpens raġonevoli” dovut, skont l-Artikolu 94(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94, tas-27 ta’ Lulju 1994, dwar drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil Komunità, minn bidwi li jkun uża l-materjal ta’ propagazzjoni ta’ varjetà protetta miksuba permezz ta’ tiżrigħ mingħajr ma jħallas l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 14(3) ta’ dan ir-regolament, moqri flimkien mal-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1768/95, tal-24 ta’ Lulju 1995, li jimplementa regoli dwar l-eżenzjoni agrikola prevista fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2605/98, tat-3 ta’ Diċembru 1998, għandu jitqies bħala bażi ta’ kalkolu l-ammont tal-miżata dovuta għall-produzzjoni liċenzjata ta’ materjal ta’ propagazzjoni ta’ varjetajiet prottetti tal-ispeċi tal-pjanti kkonċernati fl-istess reġjun.
(2)
Il-ħlas ta’ danni bħala kumpens għall-ispejjeż subiti fil-kontroll tar-rispett tad-drittijiet tad-detentur għal kisba ta’ varjetà tal-pjanti ma jistax jidħol fil-kalkolu tal-“kumpens raġonevoli” previst fl-Artikolu 94(1) tar-Regolament Nru 2100/94.
(1) ĠU C 30, 29.01.2011.
Full & Egal Universal Law Academy