12.1.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 9/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-8 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof — il-Ġermanja) — Finanzamt Hildesheim vs BLC Baumarkt GmbH & Co. KG
(Kawża C-511/10) (1)
(Sitt Direttiva tal-VAT - It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(5) - Dritt għat-tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Oġġetti u servizzi użati kemm għal tranżazzjonijiet taxxabbli kif ukoll għal tranżazzjonijiet eżenti - Kiri ta’ proprjetà għal skopijiet kummerċjali u residenzjali - Kriterju tal-kalkolu tal-proporzjon imnaqqsa tal-VAT)
2013/C 9/07
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Finanzamt Hildesheim
Konvenuta: BLC Baumarkt GmbH & Co. KG
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesfinanzhof — Interpretazzjoni tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(5) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Dritt ta’ tnaqqis tat-taxxa input imħallsa — Oġġetti u servizzi użati kemm għal tranżazzjonijiet taxxabbli kif ukoll għal tranżazzjonijiet eżenti — Kiri ta’ immobbli għal finijiet kummerċjali u residenzjali — Kalkolu tal-proporzjon ta’ tnaqqis skont id-dħul mill-bejgħ tal-inkwilini kummerċjali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-kalkolu tal-proporzjon għandu jsir skont il-kejl tal-art tal-immobbli mogħti lil dawn l-inkwilini
Dispożittiv
It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(5) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti li l-Istati Membri jipprivileġġjaw, bħala kriterju ta’ tqassim għall-finijiet tal-kalkolu tal-proporzjoni tat-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud tal-input dovuta għal operazzjoni partikolari, bħall kostruzzjoni ta’ bini ta’ użu mħallat, kriterju ta’ tqassim differenti minn dak ibbażat fuq id-dħul mill-bejgħ, previst fl-Artikolu 19(1) ta’ din id-direttiva, sakemm il-metodu magħżul jiggarantixxi determinazzjoni iktar preċiża tal-imsemmija proporzjon tat-tnaqqis.
(1) ĠU C 30, 20.1.2011.
Full & Egal Universal Law Academy