9.6.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 165/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ April 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof — l-Awstrija) — Wintersteiger AG vs Products 4U Sondermaschinenbau GmbH
(Kawża C-523/10) (1)
(Regolament (KE) Nru 44/2001 - Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali - Ġurisdizzjoni “f’materji li għandhom x’jaqsmu ma’ tort, delitt jew kwasi delitt” - Determinazzjoni tal-post fejn il-fatt dannuż seħħ jew fejn hemm riskju li jseħħ - Sit tal-internet ta’ fornitur ta’ servizz ta’ riferiment li jopera taħt isem ta’ top-level domain nazzjonali ta’ Stat Membru - Użu, minn min jirreklama, ta’ kelma prinċipali identika għal trade mark irreġistrata fi Stat Membru ieħor)
2012/C 165/08
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Wintersteiger AG
Konvenuta: Products 4U Sondermaschinenbau GmbH
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberster Gerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42) — Determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni dwar azzjoni intiża li tipprekludi r-reġistrazzjoni ta’ sinjal identiku għal trade mark minn fornitur ta’ servizzi li juża mutur ta’ tfittxija tal-internet sabiex itella’ fuq l-iskrin, wara li jintroduċi dan is-sinjal bħala terminu ta’ tfittxija (“AdWord”), avviż awtomatiku ta’ pubbliċità għal prodotti jew servizzi identiċi jew simili għal dawk li għalihom ġiet irreġistrata it-trade mark inkwistjoni — Sitwazzjoni li fiha t-trade mark hija protetta fl-ewwel Stat Membru u l-imsemmi avviż ta’ pubbliċità jiffunzjona biss fit-top-level domain tal-imsemmi mutur ta’ tfittxija speċifiku għal Stat Membru ieħor, filwaqt li huwa aċċessibbli mill-ewwel Stat Membru u fil-lingwa uffiċjali ta’ dan l-Istat tal-aħħar — Kriterji għad-determinazzjoni tal-“post fejn l-effett tal-ħsara jkun twettaq jew jista’ jitwettaq”
Dispożittiv
L-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li kawża dwar il-vjolazzjoni ta’ trade mark irreġistrata fi Stat Membru minħabba l-użu, minn min jirreklama, ta’ kelma identika għall-imsemmija trade mark fuq is-sit tal-internet ta’ mutur ta’ tfittxija li jopera taħt top-level domain nazzjonali ta’ Stat Membru ieħor tista’ titressaq kemm quddiem il-qrati tal-Istat Membru li fih it-trade mark hija rreġistrata kif ukoll quddiem dawk tal-Istat Membru tal-post fejn hija stabbilita l-persuna li qed tirreklama.
(1) ĠU C 30, 29.01.2011.
Full & Egal Universal Law Academy