28.4.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 126/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (ir-Raba’ Awla) tat-8 ta’ Marzu 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża
(Kawża C-524/10) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 296 sa 298 - Skema komuni b’rata fissa għall-bdiewa - Perċentwali fiss ta’ kumpens b’rata żero)
2012/C 126/02
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: M. Afonso, aġent)
Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes u R. Laires, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 296 sa 298 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Skema b’rata fissa intiża sabiex tikkumpensa l-piż tal-VAT imħallsa fuq ix-xiri ta’ oġġetti u servizzi mill-bdiewa b’rata fissa — Perċentwali fiss ta’ kumpens b’rata żero.
Dispożittiv
(1)
Billi applikat fil-konfront tal-bdiewa skema partikolari li ma tosservax l-iskema stabbilita mid-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud peress li teżentahom mill-ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud u tinkludi l-applikazzjoni ta’ perċentwali fiss ta’ kumpens b’rata żero, ir-Repubblika Portugiża naqset mill-obbligi tagħha skont l-Artikoli 296 sa 298 tal-imsemmija direttiva.
(2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(3)
Il-Kummissjoni Ewropea u r-Repubblika Portugiża għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 30, 29.01.2011.
Full & Egal Universal Law Academy