12.1.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 9/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-8 ta’ Novembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-528/10) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Trasport - Żvilupp ta’ linji tal-ferrovija Komunitarji - Direttiva 2001/14/KE - Artikoli 6(2) sa (5), u 11 - Kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u impożizzjoni ta’ tariffi għall-użu tal-infrastruttura tal-ferroviji - Organu ta’ kontroll - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu stabbilit)
2013/C 9/08
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Zavvos u H. Støvlbæk, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: S. Chala, aġent)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smlek u T. Müller kif ukoll minn J. Očková, aġenti); Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn S. Fiorentino, avvocato dello Stato)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 6(2) u (5) u tal-Artikolu 11 tad-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2001, dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ piżijiet għall-użu ta’ infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 5, p. 404).
Dispożittiv
(1)
Billi ma adottatx, fit-terminu stabbilit, il-miżuri meħtieġa, b’mod partikolari f’dak li jikkonċerna l-unitajiet ta’ impożizzjoni ta’ tariffi għall-użu tal-infrastruttura fis-settur tal-linji tal-ferrovija, imsemmija fl-Artikoli 6(2) sa (5) u 11 tad-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2001, dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ piżijiet għall-użu ta’ infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà, kif emendata bid-Direttiva 2007/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2007, ir-Repubblika Ellenika naqset mill-obbligi tagħha skont dawn l-artikoli.
(2)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.
(3)
Ir-Repubblika Ċeka u r-Repubblika Taljana għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 30, 29.1.2011.
Full & Egal Universal Law Academy