27.10.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 331/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Settembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Bundesverwaltungsgericht — Il-Ġermanja) — Deutsches Weintor eG vs Land Rheinland-Pfalz
(Kawża C-544/10) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-liġijiet - Saħħa pubblika - Informazzjoni u protezzjoni tal-konsumaturi - Ittikkettjar u preżentazzjoni ta’ prodotti tal-ikel - Kunċetti ta’ ‘stqarrijiet dwar vantaġġ nutrittiv’ u ‘għas-saħħa’ - Regolament Nru 1924/2006 - Deskrizzjoni ta’ inbid bħala ‘diġestibbli’ - Indikazzjoni ta’ kontenut ta’ aċidità mnaqqsa - Xarbiet li jkun fihom iktar minn 1,2 % fil-volum tal-alkoħol - Projbizzjoni ta’ stqarrijiet dwar vantaġġ għas-saħħa - Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 15(1) - Libertà professjonali - Artikolu 16 - Libertà tal-intrapriża - Kompatibbiltà)
2012/C 331/04
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesverwaltungsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Deutsches Weintor eG
Konvenuta: Land Rheinland-Pfalz
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesverwaltungsgericht — Interpretazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) TUE, flimkien mal-Artikoli 15(1) u 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll mal-Artikolu 4(3), flimkien mal-Artikolu 2(2)(5) jew l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (ĠU L 404, p. 9), kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 116/2010, tad-9 ta’ Frar 2010 (ĠU L 37, p. 16) — Isem ta’ nbid li juri li huwa diġestiv billi jindika kontenut ta’ aċidità mnaqqsa — Projbizzjoni ta’ stqarrijiet dwar vantaġġ għas-saħħa dwar xorb li fih iktar minn 1,2 % fil-volum ta’ alkoħol — Kunċett ta’ “stqarrijiet dwar vantaġġ għas-saħħa”
Dispożittiv
(1)
L-Artikolu 4(3)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel, kif emendat fl-aħħar lok bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 116/2010, tad-9 ta’ Frar 2010, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kliem “stqarrija dwar vantaġġ għas-saħħa” jkopri riferiment bħal “diġestibbli”, li jkun akkumpanjat bir-riferiment dwar il-kontenut imnaqqas ta’ sustanzi meqjusa minn numru kbir ta’ konsumaturi bħala dannużi.
(2)
Il-fatt li, fir-Regolament Nru 1924/2006, produttur jew distributur tal-inbejjed huwa pprojbit mingħajr eċċezzjoni milli juża stqarrija tat-tip bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, anki jekk din l-istqarrija tkun fiha nnifisha preċiża, huwa kompatibbli mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) TUE
(1) ĠU C 72, 5.3.2011.
Full & Egal Universal Law Academy