31.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Lulju 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka
(Kawżi magħquda C-545/10) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Trasport - Direttiva 91/440/KEE - Żvilupp tal-linji tal-ferrovija Komunitarji - Artikolu 10(7) - Korp regolatorju - Kompetenzi - Direttiva 2001/14/KE - Allokazzjoni tal-kapaċità ta’ infrastruttura ferrovjarja - Artikolu 4(1) - Qafas għall-impożizzjoni ta’ tariffi - Artikolu 6(2) - Miżuri intiżi biex jinkoraġġixxu l-amministratur tal-infrastruttura biex inaqqas l-ispejjeż ta’ provvista tal-infrastruttura u l-livell ta’ tariffi ta’ aċċess - Artikolu 7(3) - Iffissar tat-tariffi miġbura fuq il-provvisti minimi kollha u l-aċċess min-netwerk għall-infrastrutturi ta’ servizzi - Spiża imputabbli direttament għall-operat tas-servizz ferrovjarju - Artikolu 11 - Sistema ta’ titjib tas-servizzi - Artikolu 30(5) - Korp regolatorju - Kompetenzi - Azzjoni amministrattiva kontra d-deċiżjonijiet tal-korp ta’ kontroll)
2013/C 252/06
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Šimerdová u H. Støvlbæk, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek u T. Müller, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tal-parti l-oħra fil-kawża: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: S. Centeno Huerta, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta fit-terminu previst, id dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-Artikolu 10(7) tad Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE, tad-29 ta’ Lulju 1991, dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 1, p. 341), kif ukoll mal-Artikoli 4(1), 6(2), 7(3), 11 u 30(5), tad-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2001, dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ piżijiet għall-użu ta’ infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 5, p. 404)
Dispożittiv
(1)
Billi ma’ adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex tikkonforma ruħha mal-Artikoli 4(1), 6(2), 11 u 30(5) tad-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2001, dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ piżijiet [l-impożizzjoni ta’ tariffi] kif emendata bid-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt dawn id-dispożizzjonijiet.
(2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(3)
Il-Kummissjoni Ewropea, ir-Repubblika Ċeka u r-Renju ta’ Spanja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 38, 5.2.2011
Full & Egal Universal Law Academy